Mara, x’aktarx ta’ nazzjonalita barranija, nhar is-Sibt li għadda daħlet f’ħanut fil-Mosta minn fejn serqet laptop.
F’filmati tas-CCTV tal-istess ħanut il-mara tidher iddur mal-ixkafef tal-ħanut qabel daħlet fuq ġewwa tal-ħanut waqt li s-sid kienet qed taqdi xi klijenti oħra. Minn hemm imbagħad hi ħadet laptop f’każ seħħ fl-10:22.
Jirriżulta li l-mara ħbiet dan il-laptop li kien fuq ġewwa tal-ħanut u kien jintuża mill-ħaddiema, imbagħad qabdet il-mobile taparsi qed titkellem ma’ xi ħadd u telqet ‘il barra.
Dwar dan il-każ diġa’ sar rapport fl-għassa tal-Pulizija tal-Mosta u għaddejja investigazzjoni hekk kif jidher li l-istess mara hi assoċjata ma’ numru ta’ serqiet li seħħew fl-aħħar xhur.
Is-sidien tal-ħanut fuq Facebook appellaw għall-għajnuna tal-pubbliku biex jidentifikaw lill-mara. Min għandu xi informazzjoni hu mitlub jagħmel rapport fl-Għassa tal-Mosta fuq 2143 3800, anke’ b’mod kunfidenzjali.
//= $special ?>