Żona fil-quadrangle tal-Universita’ ta’ Malta spiċċat vandalizzata minn persuna jew persuni mhux magħrufa.
Iż-żona, biswit il-canteen, kienet intramat minn grupp ta’ żgħażagħ mill-għaqda mhux governattiva Youth for the Environment (Y4TE) bl-għan li toffri spazju rilassanti għall-istudenti universitarji.
Madankollu l-istudenti dalgħodu sabu li xi dekorazzjonijiet f’din iż-żona tneħħew, tkissru xi affarijiet filwaqt li ż-żona spiċċat miżbla b’dawk li użawha fl-aħħar sigħat jarmu minn kollox mal-art.
//= $special ?>