B’inqas minn xahar għat-tellieqa tat-Triathlon – Garmin Malta 113km, l-ammont ta’ atleti rreġistrati s’issa qabeż l-aspetattivi u n-numri tas-snin ta’ qabel. Numru ta’ atleti barranin ukoll urew interess fit-tellieqa u dan irriżulta f’parteċipazzjoni minn atleti mis-Slovenja , l-Italja u r-Renju Unit.
Din is-sena żdiedu wkoll il-premjijiet, fejn l-ewwel tlett postijiet fil-kategoriji Open tan-nisa u l-irġiel, se jingħataw flus, ilbies sportiv u vouchers għal prodotti sportivi kif ukoll trofej. Kull min jispiċċa it-tellieqa, kemm fis-sezzjoni individwali kif ukoll fir-relay tat-timijiet se jingħata midalja.
Minbarra dawn, l-atleti kollha li jieħdu sehem fit-tellieqa awtomatikament jieħdu sehem f’lotterija għal żewġ Garmin GPS Vivoactive Smart, arloġġi mogħtija minn Medcomms Ltd, aġenti f’Malta għal Garmin.
“Ninsabu sodisfatti ħafna mhux biss bil-parteċipazzjoni Maltija imma anke biż-żieda ta’ atleti barranin li ġejjin Malta apposta għal din it-tellieqa,” qal Charles Demanuele, l-uniku atleta Double Ironman f’Malta u Organizzatur tat-tellieqa.
“Kull sena nfittxu li intejbu l-esperjenza għall-atleti u dan hu possibli wkoll permezz tal-assistenza li nsibu mill-isponsors tagħna u voluntiera li sena wara sena juru l-appoġġ tagħhom lejn din it-tellieqa.”
It-tellieqa se ssir il-Ħadd, 17 ta’ Mejju f’Birżebbuġa, fuq distanza totali ta’ 113 kilometru li jitqassmu fi tlett dixxiplini. Id-distanzi huma magħmula minn għawma ta’ 1.9 kilometri, 90 kilometru fuq rota u ġirja ta’ 21 kilometru.
Il-pubbliku mħeġġeġ jappoġġja dan l-avveniment billi jeżerċita kawtela madwar il-postijiet fejn tkun qed issir it-tiġrija.
Il-Garmin Malta 113k Triathlon hu wkoll il-Kampjonati Nazzjonali Long Distance tal-Federazzjoni Triathlon ta’ Malta u hi appoġġjata mill-Garmin (rappreżentata f’Malta minn Medcomms Ltd), The Cyclist, Ecco, Mochika, Urban Jungle, Al Fresco Restaurant, Leap Nutrition, Go & Fun, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u emvigee marketing & pr.
Applikazzjonijiet jibqgħu aċċettati sat-Tnejn 11 ta’ Mejju. Aktar informazzjoni dwar il-Malta Garmin 113k Triathlon fuq is-sit www.malta113ktri.com, jew email fuq info@malta113ktri.com
//= $special ?>