Lokali

Aġġornata: Vann bl-istudenti fih jaħbat ma’ trakk, ix-xufier iweġġa’ ħafif

Xufier ta’ minibus bit-Tfal tal-Iskola sofra feriti ħfief wara li l-vettura li kien qed isuq kienet involuta f’ħabta ma’ trailer fil-Madliena. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.40am fi Triq Pedidalwett, meta għal xi raġuni r-raġel, ta’ 46 sena minn Birkirkara, tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat mat-trailer, misjuq minn raġel ta’ 38 sena min-Naxxar.

Fortunatament, ħadd mit-Tfal tal-Iskola li kienu abbord il-minibus ma weġġa’. Madankollu, tim mediku mill-Isptar Mater Dei kellu jissejjaħ fil-post biex jagħti l-ewwel għajnuna medika lix-xufier. Hu ttieħed l-Isptar għal aktar kura, fejn kien iċċertifikat li fortunatament sofra biss minn feriti ħfief.

Il-Pulizija għalqet it-triq għal xi ħin biex tkun tista’ tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.

minibus 2