Ambjent Lokali

Filmat: Oġġezzjoni għal shooting range biswit id-Dar tal-Irtiri f’Mount St Jospeh, ma saret l-ebda konsultazzjoni

Mount St Joseph, fil-limiti tal-Mosta, hu post ta’ serenità u silenzju. Iżda issa, il-Gvern ħareġ bi proposta tal-Gvern li ftit metri bogħod minn dan il-post issir shooting range. Il-proposta tal-Gvern nisslet kontroversja u oġġezzjonijiet qawwija mill-Giżwiti u anke minn eluf ta’ Maltin, li ta’ kull sena iżuru Mount St Joseph.

Fl-ewwel tentattiv biex tkun espressa l-oġġezzjoni għal din il-proposta, dalgħodu saru konferenza tal-aħbarijiet u laqgħa f’Mount St Joseph, indirizzati mill-Provinċjal tal-Ġiżwiti Fr Patrick Magro. Hu spjega li dan hu post li jżuruh madwar 10,000 persuna. Hu kkummenta dwar il-livell ta’ konsultazzjoni li għamel il-Gvern, kif ukoll li l-konsegwenzi ta’ shooting range ħdejn Dar tal-Irtiri huma kbar.

Kienu espressi wkoll oġġezzjonijiet kemm mit-tmexxija ta’ Skejjel li jieħdu lill-istudenti tagħhom f’Mount St Joseph għall-istudji u l-irtiri. Min-naħa tagħhom, rappreżentanti tad-dilettanti tal-armi u l-kollezzjonisti isostnu li pajjiżna għandu bżonn shooting range, bid-djalogu hu s-soluzzjoni meħtieġa.