Lokali Saħħa

Ħut frisk servut lill-istudenti tal-ITS

Inizjattiva fost l-istudenti tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi, l-ITS, għandha l-għan li twassal għal prattiċi iktar b’saħħithom fost l-istudenti li jattendu din l-istituzzjoni. U dan hekk kif l-istess studenti nhar l-Erbgħa ngħataw sorpriża waqt il-brejk tagħhom f’nofsinhar, fejn ġie servut ħut frisk.

F’inizjattiva mlaqqma “Eat Fresh Fish”, immexxija mid-Dipartiment tas-Sajd u numru ta’ għaqdiet oħra, u ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea, ħut frisk se jkun servut f’diversi skejjel u lokalitajiet. Se jsiru wkoll fieri bil-ħut madwar Malta u Għawdex, b’esperti jsajjru riċetti bnini quddiem il-pubbliku stess.

Il-ħut frisk huwa wieħed mill-iktar ikel sostanzjużi, tajjeb għal kull eta’, u għandha tkun parti mid-dieta ta’ kull wieħed u waħda minna.