Kull sena f’Malta jitfaċċaw bejn 40 u 55 każ ġdid ta’ melanoma. Kull sena, għaxar persuni jmutu minħabba din il-kundizzjoni.
Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne qal dan fil-ftuħ tal-kampanja ta’ din is-sena biex ikun hawn iktar għarfien dwar dan it-tip ta’ kanċer perikoluż.
Fearne spjega li fl-aħħar 50 sena, l-inċidenza tal-melanoma f’Malta żdied. Saħaq ukoll biex anke dan it-tip ta’ kanċer jinqabad kmieni, hekk kif ir-rata ta’ fejqan, jekk jinqabad bikri, hi għolja ħafna.
Ħeġġeġ lill-pubbliku biex jevita x-xemx bejn l-10am u l-4pm u biex juża l-krema ta’ protezzjoni mix-xemx. Ta l-parir ukoll li jintuża n-nuċċali tax-xemx minħabba li x-xemx fl-għajnejn tikkaġuna l-kataretti.
Spjega wkoll li din is-sena, il-kampanja annwali se tinkludi wkoll taħdidiet matul is-sajf mat-tobba tal-familja.
//= $special ?>