Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

IN-NAZZJON b’ritratt tal-ġurament tal-ħatra ta’ Graziella Galea, li rritornat bħala Sindku fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar, wara li l-PN rebaħ din il-lokalita’ fl-elezzjoni tal-11 t’April. Dan hekk kif ilbieraħ ħadu l-ġurament tal-ħatra 224 kunsillier lokali li ġew eletti fil-11 t’April. Rapport ukoll dwar dak li qal il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Junker, li qal li t-twaqqif tal-programm ‘Mare Nostrum’ kien żball kbir.

TIMES OF MALTA b’rapport dwar ‘attakk’ li għamel il-Mibgħut Speċjali tal-Prim Ministru fl-Għaqda Dinija tat-Turiżmu Joe Grima dwar il-President ta’ Malta, bil-Prim Ministru jgħid li hu ma jistax jikkontrolla x’jgħidu n-nies fuq Facebook, anke’ jekk huma uffiċjali pubbliċi.

THE MALTA INDEPENDENT b’ritratt tal-President tal-Ġermanja Joachim Gauck akkumpanjat mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca li lbieraħ waranofsinhar wasal Malta għal żjara statali ta’ jumejn.

L-ORIZZONT b’ritratt taż-żona ta’ Pace Grasso f’Raħal Ġdid u tgħid li l-MEPA qed tipproponi policy għal din iż-żona. L-Orizzont b’rapport ieħor dwar każ ta’ Pulizija li ġie lliberat minn każ kontravenzjonali minħabba l-preskirzzjoni.