Fil-Palazz tal-President f’San Anton, f’laqgħa mal-President Ġermaniż Joachim Gauck u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, kienu enfasizzati r-riformi li Malta għamlet fl-aspetti politiċi u ekonomiċi tul il-25 sena ta’ Gvern Nazzjonalista.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li tul dawn is-snin, Gvernijiet Nazzjonalisti wettqu riformi li poġġew lil Malta fuq quddiem fost il-pajjiżi Ewropej u dinjija.
Matul il-laqgħa mal-President Ġermaniż, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil rrefera wkoll għall-problemi tal-immigrazzjoni, fejn il-Kap tal-Oppożizzjoni rrefera wkoll għat-traġedji li kellna fl-aħħar ġimgħat fil-Baħar Mediterran.
Matul il-ġurnata, il-President Gauck żar l-open centre fil-Marsa fejn tkellem mal-immigranti dwar l-esperjenzi tagħhom porpju ftit ġranet wara l-ikbar traġedja fil-Mediterran, li fiha mietu mijiet ta’ immigranti li kienu qed jaħarbu mill-Afrika ta’ Fuq lejn l-Ewropa.
Fil-Lukanda Phoenicia, il-President Ġermaniż iltaqa’ ma numru ta’ għaqdiet volontarji u poġġa kuruni tal-fjuri mal-monument tal-gwerra.
Fiż-żjara tiegħu l-President Ġermaniż żar lil President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca fl-Palazz Predienzjali fil-Belt u ltaqa’ mal-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Berġa ta’ Kastilja.
Mill-Uffiċju tal-Prim Ministru, il-President Ġermaniż mar il-Barrakka ta’ Fuq u żar il-Kon Katidral ta’ San Ġwann.
//= $special ?>