Il-Berlin Buddy Bear ġie inawgurat fil-Kitchen Garden tal-President, mill-istess President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u mill-President tal-Ġermanja Joachim Gauck fiż-żjara statali tiegħu f’Malta.
The Berlin Buddy Bear, ikkulurit minn għadd ta’ studenti Maltin, hu simbolu ta’ tolleranza, għaqda, paċi u armonija madwar id-dinja. L-ewwel Buddy Bear kien ġie varat f’Berlin fl-2002. Minn dakinhar sal-lum saru 28 esibizzjoni tiegħu f’ħames kontinenti.
Waqt l-okkażjoni, il-President ta’ Malta u l-President Ġermaniż tkellmu ma’ għexieren ta’ tfal minn diversi skejjel li kienu preżenti biex jiċċelebraw l-arti tad-diversità, il-paċi u t-tolleranza.
//= $special ?>