Kultura Lokali

Inqas minn xahar ieħor il-kunċert ta’ Marco Masini f’Malta

Fadal inqas minn xahar għaż-żjara tal-kantant famuż Taljan Marco Masini f’Malta.

Id-dilettanti tal-mużika Taljana f’Malta qed jistennew b’ħerqa l-kunċert uniku tal-kantant li bħalissa għaddej b’tour ‘Cronologia’ madwar l-Ewropa. Il-kantant stqarr li qed iħares b’entużjażmu lejn kunċert ieħor f’Malta u hu ċert li se jkun suċċess bħal ma kienu okkażjonijiet fi snin oħra.

Il-kunċert, organzzat minn CMC Promotions, se jsir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta, fid-29 ta’ Mejju.

Is-suċċess ta’ Marco Masini kien beda fis-sena 1990 fil-festival ta’ Sanremo bil-kanzunetta ‘Disperato’. Is-suċċessi tiegħu fl-aħħar snin kienu ħafna u jinkludu, fost l-oħrajn, il-kanzunetti kontroversjali ‘Perché lo fai’ u ‘Vaffanculo’, ‘T’innamorerai’, ‘Bella stronza’, ‘Raccontami di te’, ‘L’uomo volante’, ‘Nel mondo dei sogni’, ‘L’Italia’ u l-kanzunetta ta’ Sanremo din is-sena, ‘Che giorno è’.