Lokali Saħħa

Jinsterqu mijiet fi flus kontanti mill-Poliklinika tal-Floriana

Serqa mill-Poliklinika tal-Floriana waslet biex ittieħed ammont ta’ flus minn uffiċju fl-istess poliklinika.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.15am bil-Pulizija tikkonferma li s-somma li nsterqet kienet tleħħaq mal-€1,700 fi flus kontanti u €6,500 f’ċekkijiet. Iċ-ċekkijiet twaqqfu immedjatament milli jkunu jistgħu jissarfu.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa fejn hatar diversi esperti biex jassistu f’inkjesta maġisterjali.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.