Żagħżugħ ħelisha ħafif wara li tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u spiċċa b’kollox fil-baħar. Madankollu, fortunatament, hu rnexxielu joħroġ mill-karozza fil-ħin qabel ma għerqet.
L-inċident seħħ għal ħabta tas-2pm fi Triq Marina f’Sa Maison. Jidher li l-inċident seħħ meta ż-żagħżugħ, ta’ 19-il sena, tilef il-kontroll tal-vettura, ħabat mar-railings u l-karozza baqgħet nieżla fil-baħar.
Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba x-xokk li kellu.
//= $special ?>