Internazzjonali Unjoni Ewropea

L-Ungerija trid iġġib lura l-piena tal-mewt

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker wissa lill-Prim Ministru Ungeriż Victor Orban (ritratt)biex iwarrab il-proposta tiegħu li aktarx pajjiżu qed jikkunsidra li jerġa’ jintroduċi l-piena tal-mewt.
L-Ungerija kienet saret membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju tal-2004.
Juncker fakkar li kien totalment projbit li pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea jkollu l-piena tal-mewt u wissa li ma kien hemm xejn x’jiddiskuti dwar dan għaliex l-UE kienet totalment kontra.
Orban stqarr li ried jiddiskuti l-introduzzjoni possibbli tal-piena tal-mewt mal-bqija tal-pajjiżi membri għaliex il-pieni ta’ bħalissa għal reati serji kienu dgħajfa wisq.