Lokali

Maltin jgħixu fil-faqar biex iqajjmu kuxjenza dwar min hu fil-bżonn

L-għan aħħari tagħhom hu li jqajjmu iktar kuxjenza dwar il-faqar fid-dinja u n-numru ta’ persuni li qed imutu bil-guħ.
U għalhekk, grupp ta’ ħames Maltin bħalissa qed jgħixu “fuq il-linja”, b’€1.20 biss kuljum.

L-isfida bdiet nhar it-Tnejn li għadda u qed isservi biex jinġabru flus b’risq persuni fil-bżonn f’pajjiżi fqar.

Il-grupp hu magħmul minn Ivan Cauchi, Helen Sammut, Kenneth Fenech, Josef Camilleri u Larkin Bonnici, li tkellmu dwar kemm hu diffiċli li jgħixu b’dan il-mod, u kif qatt ma jistgħu jimmaġinaw li jispiċċaw jgħixu f’dan l-istat.

L-inizjattiva li qed jieħdu sehem fiha dawn il-Maltin hija parti minn kampanja dinjija bl-isem “Live Below The Line”, u fiha jieħdu sehem eluf ta’ persuni minn madwar id-dinja.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ iżur is-sit ta’ dan il-grupp u jagħmel id-donazzjonijiet tiegħu.