Stħarriġ ieħor tal-Awtorita’ tax-Xandir kkonferma li Replay, il-programm sportiv ta’ Net Television li jixxandar kull nhar ta’ Ħadd, baqa’ l-iktar segwit minn fost il-programmi sportivi fuq l-istazzjonijiet lokali kollha, u mhux biss fost dawk li jixxandru l-Ħadd filgħaxija.
Replay intagħżel ukoll mill-plejers lokali bħala l-aqwa programm sportiv minn fuq l-istazzjonijiet Maltin biex b’hekk ingħata l-unur tal-MFPA Best TV Program.
Din kienet l-ewwel darba li ngħata dan l-unur fuq inizjattiva tal-Malta Football Players’ Association u għalih intalbu jivvutaw il-plejers kemm Maltin kif ukoll barranin li jilgħabu f’pajjiżna.
F’kummenti lil dan is-sit, il-preżentatur Christian Micallef irringrazzja lil dawk kollha li jsegwu u jappoġġjaw lil Replay, filwaqt li wiegħed li dawn l-unuri u l-fiduċja li kiseb Replay se jissarfu f’iktar ħidma biex Replay jibqa’ joffri l-aqwa prodott possibbli lildawk li jħobbu l-futbol f’pajjiżna.
Hu rringrazzja wkoll lit-tim kollu ta’ Replay, id-diriġenza ta’ Net Television u l-ħaddiema tal-istazzjon.
//= $special ?>