Lokali

11-il sena mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea

Jum is-sħubija ta' Malta fl-UE - 1/05/2004

L-1 ta’ Mejju 2004, propju bħal-lum 11-il sena ilu, Malta flimkien ma’ disa’ pajjizi oħra Ewropej saret membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea. Is-sħubija setgħet tidħol fis-seħħ wara li l-poplu Malti u Għawdxi vvota IVA f’Referendum li sar fit-8 ta’ Marzu 2003.

L-Oppożizzjoni Laburista ta’ dak iż-żmien ma riditx taċċetta l-vot tal-poplu fir-Referendum u għalhekk, il-vot kellu jiġi kkonfermat f’elezzjoni ġenerali. U mal-konferma f’elezzjoni ġenerali, b’Eddie Fenech Adami jkun ikkonfermat Prim Ministru, fis-16 ta’ April f’Ateni sar l-iffirmar tat-Trattat tas-Sħubija.

F’isem Malta, attendew il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin ta’ dak iż-żmien Joe Borg, li mbagħad sar l-ewwel Kummissarju Ewropew f’isem Malta.

Iżda qabel ir-Referendum tal-2003, il-Partit Nazzjonalista kien ilu snin twal jaħdem biex Malta tieħu postha fl-Unjoni Ewropea, partikolarment bil-ħidma tal-eks Prim Ministru Fenech Adami nnifsu u l-eks Ministri tal-Affarijiet Barranin Guido de Marco u Joe Borg.

Shubija UE