Hekk kif f’dawn il-jiem qed jitfakkar jum il-Ħaddiem, 14-il ħaddiem fir-Residenza San Vinċenz de Paul ingħataw l-aħbar li qalgħu transfer.
Minn informazzjoni li għandu maltarightnow.com, 14-il ħaddiem li kienu jaħdmu bħala ġardinara fil-“grounds” tar-residenza ingħataw l-ordni biex jibdew jagħmluha ta’ cleaners u spiċċaw qed jiġbru l-iskart.
Din l-ordni ħarġet iktar kmieni din il-ġimgħa. Dawn il-persuni, li minn informazzjoni li għandna huma kważi kollha ta’ twemmin politiku Laburista, jinsabu urtati u mweġġgħin ħafna hekk kif kienu mwegħdin xort’oħra mill-amministrazzjoni Laburista.
Ironikament, is-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilita’ u Anzjanita’ Attiva’ joħroġ stqarrija fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem li fiha, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana tiftaħar b’kundizzjonijiet aħjar għall-ħaddiema f’San Vinċenz de Paul.
Fl-istqarrija, Justyne Caruana qalet li ffinalizzat żewġ kuntratti tal-ħaddiema li jaħdmu bħala cleaners u carers sabiex ikollhom kundizzjonijiet aħjar.
//= $special ?>