Raġel ta’ 35 sena residenti ż-Żejtun jinstab f’qagħda kritika wara li lbieraħ għall-ħabta tat-7.40pm, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal-Far, Birżebbuġia.
Il-Pulizija tad-Distrett ta’ Birżebbuġia marru mmedjatament fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel ta’ 35 li kien qiegħed isuq rota, għal xi raġuni mhux magħrufa, ntlaqat minn vettura ta’ tip Ford Escort misjuqa minn raġel ta’ 61 sena residenti ż-Żejtun.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liċ-ċiklist l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>