Il-vetturi li jaħdmu bid-diesel jistgħu jispiċċaw, bil-mod, mir-Renju Unit wara li l-Qorti Suprema ddeċidiet li l-Gvern irid jieħu passi urġenti biex jikkontrolla t-tniġġiż tal-ajru fl-ibliet.
Ir-Renju Unit qed jiffaċċja l-multi ekwivalenti għall-miljuni tal-liri Sterlina mill-Kummissjoni Ewropea talli naqas milli jaqta’ l-livelli tan-nitrogen dioxide (NO2).
Intant, il-Qorti Suprema insistiet biex id-Dipartiment għall-Ambjent iressaq il-pjani ġodda dwar il-kwalita tal-arja sal-aħħar tas-sena fost ‘is-sistemi radikali li jikkumbattu t-tniġġiż’.
Il-gruppi tas-sewwieqa u favur l-ambjent qalu li l-vetturi u t-trakkijiet li jaħdmu bid-diesel x’aktarx li huma l-aktar ‘fil-mira’ għaliex jikkaġunaw l-ogħla livelli ta’ NO2.
Hemm ukoll it-tbassir li s-sewwieqa ta’ dawn il-vetturi u trakkijiet għandhom ikunu offruti l-inċentivi biex jiskrappjawhom, inkella jeħlu numru ta’ taxxi iebsa ġodda.
//= $special ?>