Ilbieraħ filgħaxija l-Gvern ikkonferma kemm jigi jaqa’ u jqum mill-ħaddiem. Lejliet il-jum li fih niċċelebraw l-impenn u d-dedikazzjoni tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin, il-Gvern kien moħħu biex jitkellem dwar it-€13,000 fix-xahar li qed inħalssu aħna lkoll għall-mara tal-Ministru Konrad Mizzi.
Il-Partit Nazzjonalista qal dan fi stqarrija li fiha qal sal-lum il-ġurnata, il-mara tal-Ministru Konrad Mizzi tħallset €275,000 mit-taxxi tagħna lkoll għalxejn. La ħadd ma jaf x’għamlet, la ħadd ma jaf fejn hu l-uffiċċju tagħha u ħadd ma jaf fejn qegħda.
Il-ħaddiema Maltin u Għawdxin ħaga waħda huma ċerti minnha, żied jgħid il-Partit Nazzjonalista, li filwaqt li mit-taxxi tagħhom qed titħallas il-mara tal-Ministru Konrad Mizzi għalxejn, huma qed jingħataw biss 58c fil-ġimgħa.
//= $special ?>