IN-NAZZJON b’rapport ewlieni li jgħid li mhux se jkun hemm iktar Pulizija mal-uffiċji distrettwali tas-Servizzi Soċjali għaliex dan is-servizz issa se jgħaddi f’idejn kumpanija li s-sid tagħha hu persuna qrib ħafna tal-Partit Laburista. Faċċata wkoll b’rritratt taż-żjara tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li għamel ilbieraħ fil-bini ta’ Bettson Experience Centre fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem, li qed tkun iċċelebrata llum.
L-ORIZZONT b’rapport ta’ kummenti tas-Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb jgħid li fadal xi jsir biex ikun eliminat il-prekarjat, f’diskors fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem.
THE MALTA INDEPENDENT b’rapport dwar il-mod kif il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qed jiddefendi d-deċiżjoni tal-Air Malta li tneħħi l-prezzijiet tat-tfal mit-titjiriet tagħha.
TIMES OF MALTA b’rapport dwar kummenti tal-President tal-Ġermanja waqt iż-żjara statali tiegħu f’Malta, fejn fost l-oħrajn qal li għandu jkun hemm tqassim tar-responsabbilta’ f’dak li għandu x’jaqsam mal-immigrazzjoni.
//= $special ?>