Riċerka li saret dan l-aħħar fir-Renju Unit uriet li 27% tal-popolazzjoni tiddikjara li tobgħod xogħolha u trid tħallih, u nofs il-popolazzjoni jaqbadha dwejjaq nhar ta’ Ħadd filgħaxija minħabba l-ġimgħa xogħol li jkollha quddiemha.
L-istħarriġ sar mill-Association of Accounting Technicians fost kampjun ta’ 2,000 persuna u kixef realtà mhux sabiħa fir-Renju Unit. Ħareġ li 7% tal-popolazzjoni ta’ kuljum tispiċċa tħares lejn l-arloġġ biex tara fi xħin tkun se tispiċċa l-ġurnata tax-xogħol waqt li 16% jħossu li għandhom iżżejjed kwalifiċi għax-xogħol li qed jagħmlu.
Madwar nofs dawk li wieġbu għall-istħarriġ urew ix-xewqa li jiftħu n-negozju tagħhom. Ħafna semmew li jiftħu ristorant, isiru awturi jew artisti imma jibżgħu jagħmlu l-qabża minħabba nuqqas ta’ fondi, kunfidenza u għarfien dwar x’għandhom jagħmlu.
//= $special ?>