Is-sewwieq u champion tal-Formula 1 Lewis Hamilton hu l-aktar sportiv sinjur fir-Renju Unit b’valur ta’ madwar 88 miljun lira sterlina. Din hi t-tieni sena konsekuttiva li Hamilton, sewwieq tal-Mercedes jinsab fl-ewwel post ta’ din il-lista ta’ sportivi sinjuri fir-Renju Unit.
Fit-tieni post issa hemm il-plejer tal-futbol Wayne Ronney li qabeż lis-sewwieq l-ieħor tal-Formula 1, Jenson Button, sewwieq tal-McLaren li issa niżel jokkupa t-tielet post. Rooney, li matul l-aħħar sena sar captain tal-klabb ta’ Manchester United u anke tat-tim nazzjonali Ingliż għandu valur ta’ 72 miljun lira sterlina. F’sena, l-valur ta’ Rooney żied bi 12-il miljun filwaqt li Button għandu valru ta’ 71 miljun lira sterlina u żgur li t-telf li għamel matul l-aħħar sena hu dovut għall-wirjiet kemmxejn diżappuntanti li kellu mat-tim tiegħu.
F’Novembru tal-2014 Hamilton ġie inkurunat champion tal-Formula 1 meta għeleb l-isfida ta’ sieħbu Nico Rosberg u din is-sena reġa’ jinsab fl-ewwel post tal-klassifika tas-sewwieqa. Il-fatt li Hamilton jgħix f’Monaco, stat mingħajr taxxi żgur li jgħinu jżid fl-assi tiegħu. F’sena l-valur tiegħu żied b’20 miljun lira sterlina.
It-tennista Andy Murray, finalista tellief tal-Open Awstraljan f’Jannar li għadda jinsab fir-raba’ post tal-klassifika b’valur ta’ 48 miljun lira sterlina.
Fis-seba’ post hemm Jose Mourinho, manager tal-klabb tal-ftubol ta’ Chelsea u dan hu l-ewwel persuna mhux mir-Renju Unit li jinsab f’din il-lista. Mourinho għandu valur ta’ 40 miljun lira sterlina. Għada Mourinho jista’ fil-fatt jirbaħ il-Premiership Ingliż jekk it-tim tiegħu jirbaħ il-konfront kontra Crystal Palace.
//= $special ?>