Internazzjonali

Renju Unit: Mistoqsijiet għall-mexxejja qabel l-elezzjoni

Hekk kif fadal ġimgħa biss qabel ir-Renju Unit imur għall-elezzjoni ġenerali, il-mexxejja politiċi wieġbu numru ta’ mistoqsijiet tal-pubbliku, f’programm speċjali  li xxandar ilbieraħ filgħaxija.

Fost il-mexxejja kien hemm il-Prim Ministru attwali u mexxej tal-Konservattivi David Cameron, id-Deputat Prim Ministru u mexxej tal-Liberali Nick Clegg u l-mexxej tal-Partit Laburista Ed Miliband.

Fost is-suġġetti li ġew diskussa kien hemm il-pjanijiet ekonomiċi tagħhom għall-pajjiż. Huma ddiskutew ukoll numru ta’ suġġetti ta’ interess nazzjonali.

Waqt id-dibattitu, il-mexxej Laburista Ed Miliband qal li l-Partit Laburista mhux se jmexxi Gvern jekk ikollu jidħol f’koalizzjoni mal-SNP, il-Partit Nazzjonali Skoċċiż.