Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi għall-ħabta tal-9.40am.
Ir-raġel hu ta’ 58 sena u joqgħod San Ġwann.
L-inċident seħħ fi Triq ta’ Kandja fis-Siġġiewei u minn investigazzjonijiet preliminari jirriżulta li s-sewwieq tal-mutur għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq bil-konsegwenza li baqa’ dieħel f’vettura tat-tip Toyota Towance misjuqa minn raġel ta’ 66 sena u li joqgħod l-Imqabba.
//= $special ?>