“Intom il-mistħija tal-Italja”.
Din kienet l-għajta ta’ anzjana mill-gallarija tagħha fil-belt ta’ Milan, wara li l-protesti kontra l-Espożizzjoni li qed tkun organizzata f’din il-belt spiċċaw vjolenti.
Hekk kif il-protesti komplew jiqlielu lbieraħ filgħaxija, bil-Pulizija titfa l-gas tad-dmugħ biex tifred il-mijiet ta’ persuni li kienu qed jipprotestaw fit-toroq, id-dimostranti komplew jiqlielu fil-protesta tagħhom.
B’ritaljazzjoni, bdew jaħarqu karozzi, jitfgħu ġebel u flixken, u jiktbu messaġġi fuq il-ħitan. Kollha azzjonijiet li ġabu l-kundanna ta’ bosta, inkluż tar-residenti.
//= $special ?>