Internazzjonali

Baltimore: Freddie Gray “inqatel minn sitt Pulizija kriminali”

Ikomplu l-protesti fil-belt

Il-mod kif kien trattat Freddie Gray mill-Pulizija fl-Istati Uniti kien wieħed kriminali, u l-mewt tiegħu għandu jkun ikkunsidrat bħala delitt.

Dan intqal mill-prosekutriċi, Marilyn Mosby, li ħabbret li qed tressaq akkużi kriminali kontra s-sitt membri tal-korp tal-Pulizija Amerikani, li ġew sospiżi wara li Gray, ta’ kulur iswed, spiċċa soffra ħsara fatali fl-ispina ta’ daru waqt li kien taħt il-kustodja tagħhom.

Din l-aħbar intlaqat tajjeb mill-eluf ta’ persuni li qed jinġabru fil-belt ta’ Baltimore fl-Istati Uniti biex jesprimu l-kundanna tagħhom għal mod kif persuni b’karnaġġjon skura qed jiġu trattati mill-Pulizija fl-Istati Uniti.