Imnedija l-operazzjoni ta’ salvataġġ Migrant Offshore Aid Station, operazzjoni li s-sena li għaddiet salvat 3000 persuna mill-għarqa u li dan is-sajf mistennija tkun ikar impenjata ssalva l-ħajjiet hekk kif il-kriżi f’diversi pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq qed tikber.
Mill-Port il-Kbir, is-Sibt filgħodu salva l-vapur li fuqu hemm nies b’impenn li jsalvaw il-ħajjiet tal-immigranti, irrispettivament mill-kulur, twemmin politiku jew twemmin reliġjuż. Din is-sena, il-Migrant Offshore Aid għandu sieħeb ġdid u importanti, l-għaqda internazzjonali ‘Doctors Without Borders’.
Abbord il-vapur tal-Migrant Offshore Aid Station, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil tenna li jappoġġja din l-inizjattiva li ġejja mis-soċjeta ċivili. Hu qal li l-politiċi għandhom rowl importanti ħafna x’jilgħabu fit-tfassil tal-politika b’relazzjoni mal-immigrazzjoni irregolari.
Għall-persuni li jmexxu din l-operazzjoni, il-prijorita’ mhix il-fruntieri u l-politika barranija tal-pajjiżi involuti: il-prijorita’ hi s-salvazzjoni tan-nies.
Għal Migrant Offshore Aid Station din hi missjoni b’messaġġ, messaġġ mhux biss lil dawk li huma konvinti li l-persuni fuq il-baħar għandhom jiġu salvati, iżda messaġġ ukoll lil min hu xettiku dwar din l-operazzjoni ta’ għajnuna.
F’dawn il-ġimgħat li ġejjn il-vapur tal-Migrant Offshore Raid Station se jkun mezz ewlieni ta’ salvazzjoni għall-mijiet, jekk mhux eluf, ta’ Afrrikani li jkunu bejn sema u ilma jfittxu futur għalihom u ‘l-familji tagħhom, waqt li jkunu qed jaħarbu mit-tortura, il-gwerer u l-persekuzzjoni.
//= $special ?>