Partijiet tar-Rabat sebħu b’miżblqa ta’ ħmieġ u vandaliżmu wara numru ta’ parties li saru matul il-ġurnata tal-bieraħ, Jum il-Ħaddiem, u li baqgħu għaddejjin sas-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu.
Informazzjoni li għandu dan is-sit tgħid li għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija, grupp ta’ żgħażagħ fis-sakra kissru xi bozoz li jżejnu u jdawwlu l-Ġonna Howard fir-Rabat, ftit bogħod mid-Domus Rumana.
Persuni li kienu qed jistennew tal-linja spjegaw kif dawn iż-żgħażagħ barranin, li kienu ġejjin minn party taħt l-Imdina, l-ewwel itnefgħu bilqiegħda fi triq ftit li xejn imdawwla imma traffikuża, u wara daħlu fil-ġnien fejn qalu xi bozoz u dehru jippruvaw ikissruhom mal-art. Dan kollu waqt li kienu qed jistennew tal-linja għal San Ġiljan.
F’parti oħra tar-Rabat (ritratti), fiż-żona magħrufa bħala Tal-Virtu’, dal-lejl sar party fil-grounds tal-Kastell ta’ Tal-Virtù u l-kappella li hemm fil-qrib. Dalgħodu, ir-residenti stenbħu b’miżbla, speċifikament fi Triq Tal-Virtù fejn tħalla ammont kbir ta’ żibel.
Dan minkejja li fiż-żona hemm numru ta’ reċipjenti għall-iskart, li baqgħu vojta, bl-iskart u fliexken tax-xorb jitħallew mat-triq jew mixħuta fl-għalieqi Barra minn hekk, f’nofs ta’ triq tħallew ukoll numru ta’ fliexken imkissrin, b’periklu għas-sewwieqa.
Kawża ta’ dawn il-ġesti irresponsabbli, ħaddiema tal-Kunsill Lokali kellhom jintagħtu fil-post biex inaddfu kollox.
//= $special ?>