Lokali

Easygas Malta Limited bi protest ġudizzjarju kontra l-Awtorita’ Maltija tar-Riżorsi

Il-kumpanija Easygas Malta Limited ressqet protest ġudizzjarju kontra l-Awtorita’ Maltija tar-Riżorsi, il-Kap Eżekuttiv tagħhha Anthony Rizzo u ċ-Ċermen tagħha James Camenzuli.

Dan b’rabta ma’ waqtiet “illegali u abbusivi” fejn l-Awtorita’ talbet lil Easygas Malta Limited biex tagħti ċilindri tal-gass lil Liquigas Malta Limited mingħajr evidenza li din il-kumpanija hija s-sid ta’ dawn iċ-ċilinidri, kif speċifikat fil-Liġi.

L-istess kumpanija qed tilmenta wkoll li l-Awtorita’ Maltija tar-Riżorsi għadha ma talbitx lura ċilindri tal-kumpanija Easygas li jinsabu fil-pussess tal-kumpanija Liquigas u dan wara li, skont l-istess kumpanija, ġiet preżentata l-evidenza kollha li turi li dawn iċ-ċilindri huma filfatt proprjeta’ tal-kumpanija Easygas Malta Limited.