Internazzjonali

Ħalliel ipprojbit milli jersaq lejn kwalunkwe magni li jaħdmu bil-flus

Ħalliel li nqabad jisraq minn parking meter ġo kumpless ta’ sptar hu ipprojbit milli juża kwalunkwe magna ‘li taħdem bil-muniti’ fir-Renju Unit.

Il-ħalliel identifikat bħala Russell Stansfield, ta’ 38 sena, għandu ‘storja twila ta’ delitti li jibbażaw fuq is-serq’. Intant, ir-raġel, minn issa ‘l quddiem, lanqas ma jista’ juża l-pay phones jew magni awtomatiċi bħall-‘vending machines’.

Jaħsbu li l-piena imposta fuq Stansfield, li jgħix qrib il-belt ta’ Oldham, hi l-ewwel ta’ din ix-xorta qatt ikkonfermata minn qorti. Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati f’Bury kienet ikkonfermata wara li Stanfield inqabad jieħu l-flus mill-parking meter fl-Isptar ta’ Fairfield, aktar kmieni fis-sena.

Fl-istess ħin, Stansfield hu pprojbit milli juża l-parking machines u milli jżur il-kumpless (kummerċjali) tat-Trafford Center, f’Manchester. Dan ir-raġel anki jrid ‘iżomm ‘il bogħod’ minn kwalunkwe ajruport jew car parks tat-terminal, dment li hu ma jurix biċ-ċar li qiegħed jivvjaġġa lejn postijiet oħra.