Ambjent Edukazzjoni Lokali

L-Universita’ ġdida m’għandhiex tinbena f'”art verġni” – l-Alternattiva Demokratika

Appell ċar mill-Alternattiva Demokratika: tilqa’ l-proposta għal Universita’ ġdida fin-Nofsinhar ta’ pajjiżna imma tinsisti li m’għandhiex tinbena fuq art verġni, barra miż-żona tal-iżvilupp.

Il-kelliem għal Alternattiva Demokratiku qal li kollox jindika li l-Universita’ se tkun qed tinbena f’żona bejn ix-Xgħajra ta’ Ħaż-Żabbar u Żonqor Point f’Marsaskala, viċin il-pixxina tal-waterpolo. Dan minbarra t-toroq li se jkunu qed jibnew biex jagħtu aċċess għal dan il-bini.

L-Alternattiva Demokratika qal li l-art li tidher li hija mmarkata għall-iżvilupp hija art agrikola u x’aktarx tinkludi medda ta’ art li l-Pjan Lokali għan-Nofsinhar jiddeskrivi bħala “siti ta’ importanza xjentifika u żoni ta’ importanza ekoloġika proposti għall-protezzjoni.

Carmel Caccopardo temm jgħid li hu tal-opinjoni li l-iskala tal-investiment propost hi enormi, mhx sostenibbli u tieħu wisq art.

Malta ma tistax u ma ghandhiex tissagrifika ghal dejjem daqshekk mill-wirt naturali taghha għal gwadann immedjat, sostniet l-Alternattiva Demokratika.