Il-kumpanija Microsoft għadha kemm irreġistrat nuċċali ġdid li jinfurmak dwar l-emozzjonijiet tal-persuni li jinsabu quddiemek.
B’teknoloġija li tosserva l-uċuħ tal-persuna, iċ-ċaqlieq tagħhom u l-mod kif jitkellem, dawn in-nuċċalijiet se jkunu qed janalizzaw l-individwi li hemm quddiemhom u jinfurmaw lil min qed jużahom dwar jekk il-persuna hix beżgħana, imdejjqa, għajjiena, jew ferħana, fost oħrajn.
Din it-teknoloġija mistennija tiftaħ bibien ġodda fid-dinja tan-negozju, b’persuni jistgħu jagħmlu użu minnha biex jaraw jekk il-klijent hux interessat jixtri l-prodott tagħhom jew le.
Hemm diversi użi għaliha wkoll fil-qasam tas-servizzi tas-sigurta’.
//= $special ?>