Id-Dukessa ta’ Cambridge għadha kemm weldet tifla. It-tarbija, li tiżen 3.7kg, tinsab fi stat tajjeb. Aktar tard is-Sibt hi ħarġet mill-isptar.
L-istess jista’ jingħad għal ommha, li ilha l-isptar St. Mary’s f’Londra mis-7am, ħin Malti.
Il-prinċipessa tinsab fir-raba’ post għat-tron tar-Renju Unit, wara l-Prinċep Charles, il-Prinċep William u l-Prinċep George.
Sorsi żvelaw li kienet ix-xewqa tal-Prinċep Charles li t-tieni neputija tiegħu tkun tifla. La l-Prinċep William u lanqas id-Dukessa Kate ma kienu jafu s-sess tat-tarbija, u riedu li jsiru jafu mat-twelid.
Intant, il-Flotta Irjali tar-Renju Unit ġibdet ritratt minn fuq HMS Lancaster, bastiment magħruf ukoll bħala l-“Frigata tar-Reġina”, biex tikkommemora dan it-twelid, filwaqt li l-BT Tower f’Londra ħabbar dan l-iżvilupp bil-kliem “it’s a girl”.
//= $special ?>