Għaddas ta’ 27 sena mill-Polonja tilef ħajtu waqt li kienet qiegħed jgħodos fiċ-Ċirkewwa. L-inċident traġiku seħħ għal ħabta tas-siegħa neqsin kwart.
Ir-raġel ingħata l-ewwel assistenza minn nies li kienu fl-nħawi fil-ħin sakemm team mediku wasal fil-post. Sfortunatament l-isforzi kienu kollha ta’ xejn.
Il-Maġistrat ta’ l-Għassa Aaron Bugeja kien infurmat bil-każ u ħatar numru ta’ esperti sabiex jassistuh bl-inkjesta.
Il-puliżija qegħda tinvestiga x’wassal għal mewt tar-raġel.
//= $special ?>