In-Nazzjonijiet Uniti ħeġġet lin-Nepal biex jirrilaxxa l-kontrolli doganali li skont hi qed ixekklu t-trasport tal-għajnuna lin-nies li għexu mit-terremot terribbli f’dan il-pajjiż Asjatiku.
Valerie Amos, l-Uffiċjal tan-Nazzjonijiet Uniti li hi inkarigata mill-impenji umanitarji, qalet li l-awtoritajiet fin-Nepal għandhom id-dmir li jħaffu l-proċessi doganali biex il-provvisti tal-għajnuna jaslu aktar malajr lin-nies fil-bżonn. Hu minnu li ħafna nies fin-Nepal għadhom ma rċevewx l-għajnuna li qed tinġema’ fl-ajruport ta’ Kathmandu, diversi jiem wara li t-terremot kbir ħalla wied ta’ qerda u mewt fil-pajjiż.
Mietu ‘l fuq minn 7,000 persuna fit-terremot, bl-awtoritajiet m’humiex qed jistennew li jsibu aktar ħajjin taħt ir-radam.
//= $special ?>