Ambjent Lokali

Inċident ta’ kaċċa fl-istaġun mgħaluq

Il-Kumitat Kontra l-Qtil ta’ l-Għasafar (CABS) fi stqarrija il-bieraħ qalu li kellhom filmat ta’ kaċċatur jispara lejn l-għasafar u dan f’perjodu meta l-istaġun tal-kaċċa huwa magħluq. L-inċident seħħ f’Ħal Għaxaq bil-filmat issa jinstab f’idejn l-ALE li ftit tal-ħin wara identifikat lir-raġel. L-istqarrija tal-CABS qalet li r-raġel ametta li kien spara u qiegħed jiġi interrogat għal aktar informazzjoni.

Fl-istess stqarrija CABS qalu li huma kienu jafu b’137 sparatura minn wara li ġie mgħaluq l-istaġun tal-kaċċa, bil-maġġoranza tal-inċidenti jseħħu f’Ħal Safi, Ħal Far, il-Ħandaq, Marsaskala and Ħal Għaxaq.