Malta u l-Istati Uniti għandhom battalja komuni, il-ġlieda kontra l-problema tal-obeżita’ li tikkawża tant problemi ta’ saħħa.
Kien għalhekk li l-Ambaxxata Amerikana f’Malta l-Ħadd organizzat festival ta’ attivitajiet marbuta mas-saħħa fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali.
Dawk li attendew għal dan il-festival setgħu jipparteċipaw f’sensiela ta’ attiviatjiet mifruxa madwar il-Park Nazzjonali u jirċievu informazzjoni dwar is-saħħa.
Kien hemm ukoll iċ-ċans li jsiru testijiet tal-livell taz-zokkor fid-demm, il-pressjoni u check ups tas-snien fost l-oħrajn filwaqt li tqassmu fliexken tal-ilma u frott.
Kienu armati wkoll numru ta’ stands mid-Direttorat ta l-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, id-Dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja, l-uffiċċju għas-Saħħa tal-Immigranti u l-Assoċjazjonijiet tal-Istudenti tad-Dental u tas-Saħħa.
Għall-ħabta ta’ nofsinhar żar dawn l-attivitajiet f’Ta’ Qali s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne, li suppost kellu jkun akkumpanjat ukoll mill-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi.
//= $special ?>