“Partit tan-Nies li juri li qegħdin hemm għan-nies”. Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil meta kien qiegħed jindirizza attivita’ politika li saret fil-każin tal-Partit Nazzjonalista f’Santa Luċija.
Matul id-diskors tiegħu Simon Busuttil qal li l-Prim Ministru għandu jispjega in-nefqa ta’ żewġ miljun Ewro fuq uffiċini f’Shangai għal mara tal-Ministru Konrad Mizzi, wara li din ġiet appuntata b’paga ta’ tlettax il-elf Ewro fix-xahar. Qal ukoll li Joseph Muscat għandu jispjega kif il-mara tal-eks Ministru Manuel Mallia ngħatat passaport Malti f’inqas minn sentejn meta normalment barranin miżżewġin lil Maltin jingħataw passaport wara ħames snin.
Simon Busuttil ddeskriva lil Partit Nazzjonalista bħala l-partit ta’ l-edukazzjoni u saħaq li għalhekk il-Partit Nazzjonalista jilqa’ kull investiment ġenwin fl-edukazzjoni. Saħaq iżda li l-Partit Nazzjonalista jinstab mħasseb b’dak li qiegħed joħroġ s’issa dwar l-universita’ l-ġdida li ser tinbena fuq art verġni. Simon Busuttil għalhekk qal li l-Partit Nazzjonalista ser ikun qiegħed jistenna aktar informazzjoni dwar dan.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li n-nies tan-naħa t’isfel ta’ Malta kienu bgħatu messaġġ lil gvern. Messaġġ li jgħid li huma kienu jdejjqu bil-gideb u bid-diżonesta. Huwa qal li dak li qed jgħid Joseph Muscat dwar li sab ekonomija staġnata hija gidba. Ddeskriva bħala gidba wkoll dak li qal l-Prim Ministru li jibni Power Station ġdida fi żmien sentejn.
Simon Busuttil qal li l-gvern kien għadu qed jinawgura proġett li huma riżultati ta’ gvern Nazzjonalista fosthom il-Parlament li ser jiġi inawgurat għada. Semma wkoll proġett ieħor li huwa riżultat ta’ viżjoni tal-Partit Nazzjonalista, iċ-Ċentru tal-Onkoloġija.
//= $special ?>