Internazzjonali

Salvati 3,700 immigrant qrib il-kosta tal-Libja

Il-gwardjani tal-kosta Taljani qalu li, bejn ilbieraħ u llum, kienu salvati kważi 3,700 immigrant mid-dgħajjes qrib il-kosta tal-Libja. L-istess gwardjani tennew ukoll li l-ħidma tas-salvataġġ kellha tkompli matul il-jum.

L-immigranti kollha li kienu salvati kienu qed jittieħdu lejn l-Italja, bl-awtoritajiet f’dan il-pajjiż jgħidu li l-immigranti kienu salvati minn vapuri tal-qawwiet tal-baħar Taljani u Franċiżi waqt 17 il-missjoni separata.

Din is-sena mietu talanqas 1,750 immigrant li ppruvaw jaqsmu l-Baħar Mediterran lejn l-Italja.