Internazzjonali

Użati l-cluster bombs fil-Jemen

Il-grupp Human Rights Watch qal li l-koalizzjoni militari mmexxija mill-Arabja Sawdija li qed twettaq l-attakki mill-ajru kontra r-ribelli fil-Jemen użat il-cluster bombs li pprovdewlha l-Istati Uniti u li huma pprojbiti mill-parti kbira tad-dinja.

Kelliema għall-grupp qalu li għandhom il-provi li l-bombi intużaw almenu darbtejn kontra r-ribelli Houthi fil-Jemen iżda ma daħlux rapporti ta’ vittmi sussegwenti.

Il-cluster bombs iferrxu diversi splussivi zgħar fuq medda ta’ territorju u li jibqgħu attivi taħt l-art. Dawn il-bombi huma anki pprojbiti taħt trattat li ffirmaw għalih 116 il-pajjiż u li ma jinkludux lill-Arabja Sawdija.