Il-helmet li kien liebes ċiklist li ttajjar minn karozza tal-linja jista’ jkun kruċjali biex isalva ħajjet ir-raġel ta’ 44 li ttajjar minn karozza tal-linja fi Triq Antonio Chircop, fil-Qrendi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.20 ta’ waranofsinhar fi Triq Antonio Chircop, meta għal xi raġuni, iċ-ċiklist kellu mpatt ma’ karozza tal-linja. B’konsegwenza tal-impatt, infaqgħet il-ħġieġa ta’ quddiem tal-karozza tal-linja.
Iċ-ċiklist, residenti s-Siġġiewi, kien qed isuq ir-rota tiegħu miċ-ċentru tar-raħal (Triq Antonio Chircop) direzzjoni lejn il-by-pass (Triq it-Tempesta) filwaqt li l-vettura King Long kienet qed tiġi misjuqa minn raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Qormi fid-direzzjoni opposta.
Iċ-ċiklist ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
.
//= $special ?>