Il-prinċep tal-Ġordan, Ali Bin Al-Hussein qal li lest jikkunsidra li jirtira l-kandidatura tiegħu għall-Presidenza tal-FIFA biex jippermetti li jkun hemm kandidat wieħed li jisfida lil Blatter.
Ali bħalissa se jkun qed jikkontesta lil Blatter, l-Olandiż Michael van Praag u l-eks internazzjonali Portugiż Luis Figo.
“L-aktar ħaġa importanti hi li nappoġġjaw il-persuna li għandu l-aħjar possibilità li jagħmel il-bidla fil-FIFA. F’xi ħin jew ieħor se jkun hemm diskussjoni dwar dan,” qal Ali.
Blatter li għandu 78 sena qed ifittex il-ħames terminu tiegħu bħala President u l-209 assoċjazzjoni membri se jkunu qed jivvutaw fid-29 ta’ Mejju.
Intant l-FA tal-Palestina qed tfittex sospensjoni ta’ Iżrael mid-dinja tal-futbol.
Proposta biex dan iseħħ kienet inkluża fl-aġenda tal-Kungress tal-FIFA fi Zurich u se jkollha bżonn maġġoranza ta’ 75% biex tgħaddi.
Il-Palestina lmentaw li l-Iżrael qed ikompli jtellef l-attivitajiet tal-pajjiż fil-futbol billi jirriestrinġi l-moviment tal-atleti bejn l-istrixxa ta’ Gaża u x-xatt tal-punent okkupat minn Iżrael.
L-Iżrael qed isostni li qed jimponi dawn ir-restrizzjonijiet bħala mezz ta’ sigurtà imma qal li qed iħalli l-atleti Palestinjani jivvjaġġaw bejn iż-żewġ territorji.
Ritratt: Ali Bin Al-Hussein (xellug)
//= $special ?>