Lokali

“Fil-Parlament jeħtieġ li jikbru l-fjuri” – Marlene Farrugia

Hekk kif fil-Parlament l-antik, fil-Palazz tal-President, qed jiltaqgħu il-Membri Parlamentari qabel l-inawgurazzjoni tal-Parlament il-ġdid, il-Membru Parlamentari Laburista Marlene Farrugia ħasset li għandha twassal messaġġ.

Marlene Farrugia poġġiet fuq is-siġġu tagħha fil-Parlament u fuq il-Bank poġġiet handbag mimli bil-fjuri. Jekk dan ma kienx biżżejjed, waħħlet nota fuq l-istess handbag li “fil-Parlament jeħtieġ li jikbru l-fjuri”.

Għall-ħabta tat-3.30pm, fil-Parlament l-antik bdiet ċerimonja simbolika fl-għeluq tal-Parlament li għal dawn l-aħħar 94 sena serva lill-Parlament Malti.