Lokali

Il-bini l-ġdid għandu jkun il-post minn fejn joħroġ il-ġid u tissaħħaħ id-demokrazija – il-President

Fl-inawgurazzjoni tal-bini l-ġdid tal-Parlament, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca b’messaġġ biex il-Parlament il-ġdid ikun il-vuċi ta’ kulħadd

L-importanza li l-Parlament ikun il-vuċi ta’ kulħadd u li l-Parlamnet ikun iktar awtonomu kienu enfasizzati fid-diskorsi tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u tal-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia waqt l-inawgurazzjoni tal-Parlmanet il-ġdid.

Il-Presidentt ta’ Malta Marie Lousie Coleiro Preca tkellmet dwar il-problema u l-kriżi tal-immigrazzjoni rregoalri fil-Mediterran u enfazizzat l-importanza tal-impenn politiku beix tieqaf din it-traġedja.

Il-President qalet li jeħtieġ li jsir sforz kollettiv biex jinstemgħu l-ilmenti ta’ dawn in-nies li m’għandhomx lobby b’saħħtu.

Fl-appell tagħha l-President qalet li l-għarfien u l-kompassjoni huma żewġ kwalitajiet li huma dmirijiet ta’ kull membru ta’ din il-Kamra, anki fl-ispirtu ta’ solidarjetà li eluf ta’ Maltin esprimew fir-rigward tal-vittmi ta’ din is-sitwazzjoni imwiegħra.

Il-President Coleiro Preca appellat lid-deputati biex ma jitkaxkrux mill-ftit vuċijiet voċiferi kontra dawn l-umani bħalna u jissoktaw bil-ħidma tagħhom, fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-bqija tad-dinja, biex tinstab soluzzjoni umana u internazzjonali għall-kwistjoni tal-immigrazzjoni mill-Afrika u l-Lvant Nofsani.

L-isfidi demokratiċi ma jiefqu qatt u jirrekjedu proċess ta’ edukazzjoni kontinwa fost dawk li għandhom id-dmir li jiddiskutu u jilleġiżlaw biex jegħlbuhom. L-isfidi f’qafas ta’ demokrazija huma opportunità għat-tisħiħ tal-maturità politika ta’ pajjiżna. Id-demokrazija mhix kisba ta’ darba, iżda hija proċess li jinbena kuljum u li l-ħarsien tiegħu irid jissaħħaħ f’kull żmien, sostniet Marie Louise Coleiro Preca.

Il-ftuħ ta’ dan il-bini ġdid għall-Parlament Malti,sosniet il-President ta’ Malta, għandu jipprovdi opportunità biex id-deputati eletti mill-poplu, juru aktar rispett lejn xulxin.

Fid-diskussjoni u fid-deċiżjoni, l-vuċijiet ta’ nies oħra mhux rappreżentati f’din il-Kamra iżda li jgawdu ċertu appoġġ mill-poplu għandhom jinstemgħu fl-ispirtu ta’ demokrazija sostantiva u inklussiv, qalet il-President ta’ Malta Marie Lousie Coleiro Preca.