Fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-bini l-ġdid tal-Parlament, fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li llum hija ġurnata storika li tagħmel kull Malti u Maltija kburi b’art twelidu, hekk kif qed jinfetaħ il-Parlament ġdid mibni mill-perit ta’ fama mondjali Renzo Piano.
Il-Partit Nazzjonalista sostna li huwa kburi b’dan il-proġett u jsellem lill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi li kellu l-viżjoni li jibni dan il-proġett.
Fl-istqarrija sostna li mhux kulħadd emmen f’dan il-progett. Anzi kien hemm min ħadem kontrieħ u tkellem kemm-il darba kontrieħ. Iżda llum, b’sodisfazzjon, il-Partit Nazzjonalista sodisfatt li kulħadd fehem l-importanza tiegħu għall-Belt Valletta, għall-kultura Maltija u fl-aħħar mill-aħħar, għal pajjiżna.
Il-Parlament huwa d-Dar tad-Demokrazija u allura hija d-dar tal-poplu Malti u Għawdxi. Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista jħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi sabiex iżur dan il-bini u jgħożżu bħala s-simbolu tad-demokrazija f’pajjiżna.
//= $special ?>