Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tnejn, l-4 ta’ Mejju.
IN-NAZZJON fil-faċċata tirrapporta kif illejla Renzo Piano mhux se jkun preżenti għall-inawgurazzjoni tal-Parlament il-ġdid. L-istess ġurnal b’rapport dettaljat tad-diskors li sar ilbieraħ mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fejn sostna li l-politika tal-PN trid iddur mal-poplu.
THE MALTA INDEPENDENT b’intervista mal-Ispeaker Anglu Farrugia illi għadu jinsisti li l-monti ħdejn il-Parlament se joffri riskju għas-sigurta’ tal-binja.
THE TIMES OF MALTA tirrapporta kif il-baħar bejn il-Libja u l-Italja qed ifur bid-dgħajjes tal-immigranti.
L-ORIZZONT jgħid li illum f’Kastilja se ssir laqgħa għas-Sindki tan-Nofsinhar ta’ Malta dwar il-proġett li ħabbar il-Gvern għaz-zona ta’ Marsaskala.
//= $special ?>