Il-kaċċatur Kirsten Mifusd ‘Il-Bengażi’ minn Bormla, li l-ġimgħa li għaddiet instab ħati li qatel spanjolett protett f’Ħaż-Żabbar u kien kundnannat sena ħabs u €5,000, ingħata l-libertà proviżorja b’depożitu ta’ €3,000 u garanzija personali ta’ €4,000.
Mifsud, li appella mis-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati preseduta mill-Maġistrat Franco Depasquale kien ordnat li ma jikkomunika mal-ebda xhud li xehed fil-kawża. It-tajra maqtula waqgħet fil-bitħa tal-Kulleġġ St.Edward’s li jinsab fiż-żona fejn kienet qed issir il-kaċċa.
Dan l-inċident wassal biex l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa ingħalaq tliet ijiem qabel iż-żmien.
//= $special ?>