WARA R-REBĦ TAL-PREMIER LEAGUE
Il-Manager ta’ Chelsea Jose Mourinho qal li r-rebħ tal-Premier League hu l-premju tiegħu tar-riskju li ħa li rritorna fi Stamford Bridge għat-tieni esperjenza tiegħu.
Chelsea aċċertaw mit-titlu b’gowl ta’ Eden Hazard kontra Crystal Palace u wara l-logħba Mourinho qal li lest li jibqa’ sakemm il-proprjetarju tal-klabb Roman Abramovich iridu jibqa’.
“Meta tmur lura f’post fejn kellu suċċess tkun qed tissogra ftit mill-prestiġju u l-istorja tiegħek. Issograjt imma nista’ ngħid li erġajna rbaħnih.”
Mourinho rebaħ żewġ kampjonati fl-ewwel esperjenza tiegħu ma’ Chelsea u rebaħ it-tielet Premier League tiegħu wara li rritorna ma’ Chelsea fil-bidu tal-istaġun.
“Nista’ nagħżel klabb ieħor f’pajjiż ieħor fejn hu aktar faċli nirbaħ imma għażilt l-aktar kampjonat diffiċli fl-ewropa fejn kont kuntent qabel. F’pajjiżi fil-Portugall ngħidu, qatt tmur lura fejn kont kuntent qabel għaliex hu sogru. Imma ħadt ir-riskju u kuntent li rbaħt Kampjpnat ieħor 10 snin wara l-ewwel esperjenza. Li rbaħt żewġ kampjonati b’żewġ ġenerazzjonijiet differenti naħseb li għandi posti fl-istorja ta’ Chelsea.”
Mistoqsi jekk hux faċli tirbaħ il-Premier League, wieġeb. “Le aktar faċli tkun kritiku għaliex tirbaħ kull logħba. Bħala kritiku qatt ma titlef logħba. Forsi fi żmien għaxar snin oħra nkun hekk u nibda nirbaħ kull logħba. Issa bħala manager kultant nitlef u hu xogħol aktar diffiċli. Naħseb kulħadd jaf li kien jimmeritana li nkunu champions. Dawk li ma jaħsbux hekk huma dawk li f’pajjiżi ngħidu ‘l-kelb jinbaħ waqt li l-caravan jibqa’ għaddej,’” temm Mourinho.
//= $special ?>